Sport Sport Ieħor

Kollox lest biex jingħata bidu għall-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race

L-istennija kważi spiċċat. Fl-Iskippers Briefing tal-Ġimgħa filgħaxija, ir-Royal Malta Yacht Club (RMYC) ikkonferma li kollox qiegħed f’postu biex ir-Rolex Middle Sea Race 2020 tibda għada s-Sibt 17 ta’ Ottubru, kif skedat. Minkejja l-konvinzjoni tal-klabb li t-tellieqa setgħat issir, kienet stennija twila u nċerta. Il-50 dgħajsa rreġistrati biex jitilqu fuq il-korsa ta’ 606 mil nawtiku huma prova il-konvinzjoni kienet xierqa.

L-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa Peter Dimech stqarr “Hija ta’ suċċess, fiċċirkostanzi preżenti, li għada jkollok flotta ta’ 50 dgħajsa li tibda mill-Port il-Kbir. Probabbilment ir-Rolex Middle Sea Race ser tkun l-aħħar tellieqa internazzjonali tal-2020, sena takanċellazzjonijiet. Il-fatt li aħna rrnexxilna huwa suċċess fiħ innifsu”.

Il-flotta se tinqasam f’seba’ gruppi tal-bidu bl-iżgħar jottijiet skedati li jibdew fil-11.10am. L-aħħar żewġ tluq huma riservati għall-akbar jottijiet segwiti mill-kategorija tal-multihulls. Ir-rekord ta’ 47 siegħa, 55 minuta u 3 sekondi tal-monohull tal-2007, irreġġistrat mill-jott Rambler ta’ 30m / 90 pied, jidher sigur għal sena oħra minħabba n-nuqqas ta’ jott tad-daqs tagħha.

Xi 39 mill-50 flotta tad-dgħajjes qed jikkompetu taħt l-IRC għall-premju ġenerali. Fosthom hemm ir-rebbieħ tas-sena l-oħra, id-dgħajsa lokali Elusive 2, misjuqa mill-aħwa Podesta, Maya, Christoph u Aaron. “Kull tellieqa hija definittivament differenti,” qal Aaron. “Li ddur ma’ postijiet familjari bħal vulkani li qed jiżbroffa huwa straordinarju. Jagħti lit-tellieqa dik is-sensazzjoni speċjali” Għal Maya, Żgur li hemm sens ta’ kburija li l-RMYC bħala organizzaturi tar-Rolex Middle Sea Race rnexxilhom jorganizzaw tellieqa sikura għal kulħadd.”

Elusive 2 se jkollha biċċa xogħol iebsa biex tiddefendi t-titlu tagħha. L-ebda jott ma kiseb rebħiet dahar ma’ dahar ħlief Nita IV fl-1979 u fl-1980. L-eqreb ekwipaġġ Malti, kien Artie li rebaħ fl-2011 u fl-2014. It-tim immexxi minn Lee Satariano reġa’ qiegħed jikkompeti din is-sena bl-aħħar jott tiegħu l-HH42 Artie III, li ddebutta s-sena l-oħra.

Il-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race hija skedata li tibda fl-11am nhar is-Sibt 17 ta ’Ottubru. Il-bidu tat-tellieqa jixxandar dirett fuq TVM2, u jibda fl-1030am b’kummentarju bil-Malti. Se jkun hemm xandira Facebook Live fuq il-paġna Rolex Middle Sea Race, bl-Ingliż li tibda fl-10.30am.