Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela f’Kastilja sar magħruf li se jiżdied l-infurzar biex tiġi ndirizzata l-kriżi tal-Covid-19.
Matulha, il-Prim Ministru qal li fl-aħħar xhur, il-Gvern mexa b’galbu. Dan hekk kif darbtejn fi ftit ħin enfasizza li l-Gvern għamel kull pass bil-galbu.
Barra minhekk, hu qal li s-sitwazzjoni hi taħt kontroll. Dan minkejja li ċ-ċifri tal-każi attivi issa qabeż l-1,000.
Abela qal li hawn “min irid ikisser l-ekonomija b’manuvri fini”.
Il-miżuri ġodda huma:
- l-użu tal-maskri se jkun obligatorju killimkien (apparti meta tkun waħdek fil-karozza jew fid-dar)
- fuq il-postijiet tax-xogħol trid tilbes maskra
- bars u każini se jagħlqu fil-11pm
- mit-28 t’Ottubru se jiddaħħal l-ittestjar rapidu tal-Covid