Coronavirus Lokali

“Is-sitwazzjoni tal-Covid taħt kontroll” – Robert Abela

Bars u każini se jagħlqu fil-11pm

Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela f’Kastilja sar magħruf li se jiżdied l-infurzar biex tiġi ndirizzata l-kriżi tal-Covid-19.

Matulha, il-Prim Ministru qal li fl-aħħar xhur, il-Gvern mexa b’galbu. Dan hekk kif darbtejn fi ftit ħin enfasizza li l-Gvern għamel kull pass bil-galbu.

Barra minhekk, hu qal li s-sitwazzjoni hi taħt kontroll. Dan minkejja li ċ-ċifri tal-każi attivi issa qabeż l-1,000.

Abela qal li hawn “min irid ikisser l-ekonomija b’manuvri fini”.

Il-miżuri ġodda huma:

  • l-użu tal-maskri se jkun obligatorju killimkien (apparti meta tkun waħdek fil-karozza jew fid-dar)
  • fuq il-postijiet tax-xogħol trid tilbes maskra
  • bars u każini se jagħlqu fil-11pm
  • mit-28 t’Ottubru se jiddaħħal l-ittestjar rapidu tal-Covid