Lokali

Jitlaqqa’ għall-ewwel darba t-Team ta’ Azzjoni tal-PN dwar il-Covid-19

Illum waranofsinhar saret l-ewwel laqgħa tat-Team Azzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar il-Covid-19, li tħabbar ftit tal-ħin qabel mill-Kap il-ġdid tal-Partit Bernard Grech.

L-ewwel laqgħa saret fl-Uffiċċju tal-Kap tal-Partit fid-Dar Ċentrali u matulha kienet diskussa t-triq ‘il quddiem għal dan it-Team.

Kif spjega Bernard Grech innifsu, wara din il-laqgħa, id-Deputati Nazzjonalisti li jifformaw parti minn dan it-Team ta’ Azzjoni se jkunu qed jiltaqgħu mal-korpi kostitwiti u ma’ għadd ta’ assoċjazzjonijiet relatati.