Futbol Sport

Santa Luċija jaħsdu liċ-champions renjanti Floriana

(Ritratt: Joe Borg)

Matteo Grima

SANTA LUĊIJA……….2

FLORIANA………….1

Sta. Luċija: A.Vella, T.Tabone (76’ A.Vella), F.Prates, K.Correia, J. De Araujo (32’ M.Camilleri), A.Souza (C) (69’ L.Mckay), K.Ante, L.Prestes, J.Zerafa, R.Tachikawa, K.Xuereb.

Floriana: J.Spiteri, M.B.Muhamadou, E.Ruiz, D.Venancio, B.Paiber, J.Pisani (C) (82’ D.Agius), A.Cini, F.Cheveresan, M.Dias (59’ K.Keqi), R.Camenzuli, T.Fonseca.

Imwissija: K.Xuereb (L), A.Souza (L), B.Paiber (F), M.Camilleri (L), D.Venancio (F), M.B.Muhamadou (F)

Skorjaw: F.Cheveresan (F), K. Rosero (L), R. Tachikawa (L)

Referee: Andrea Schriha

Assistenti Referees: Drako Stankovic, Duncan Spencer.

Wara Gżira Utd. u Mosta, fl-Istadium Ċentinarju kien imiss lil Sta. Luċija u Floriana biex jirritornaw għal-logħob mill-Kampjonat Premier wara l-waqfa Internazzjonali. Il-partita ntemmet f’riżultat li ħadd ma stenna meta Sta. Luċija għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 2-1.

Fil-5 minuta kellna l-ewwel azzjoni tal-partita meta Ante ra x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa imblukkat minn Ruiz. Floriana rrispondew minuta wara meta d-daqqa ta’ ras ta’ Ruiz mill-korner spiċċat ftit għoli mill-lasti ta’ Vella.

Fit-13-il minuta, Camenzuli rebaħ il-ballun viċin il-kaxxa avversarja, bil-konklużjoni tiegħu tispiċċa ferm għoli mill-lasti ta’ Sta. Luċija. Fil-15 il-minuta azzjoni perikoluża minn Sta. Luċija fejn De Arujo daħal tajjeb fil-kaxxa pero ma żamx sew biex il-ballun spiċċa f’gowl kick għal Floriana.

Fit-22 minuta freekick minn tarf il-kaxxa għall-Floriana minn Venanzio spiċċa ferm għoli. Fit-32 minuta kross tajjeb ta’ Dias lejn nofs il-kaxxa li deher jaħsad lill-Camenzuli bil-ballun jispiċċa faċilment f’idejn Vella.

Fis-37 minuta kross tajjeb minn freekick f’nofs il-ground wasal għand Jamie Zerafa, bil-konklużjoni tiegħu tkun salvata b’mod tajjeb minn Spiteri. Fit-42 minuta konklużjoni mid-distanza ta’ Tachikawa kienet kompletament żbaljata.

Fl-44 minuta CHEVERSAN ħarab tajjeb wara id-difensuri ta’ Sta. Luċija, daħal fil-kaxxa u kkonkluda, bil-balluna jispiċċa fix-xibka għal 0-1.

Fis-47 minuta Tachikawa rċieva fil-kaxxa mingħand Da Silva Souza, bil-konklużjoni tiegħu tispiċċa f’idejn Spiteri mingħajr wisq diffikultà.

Fit-53 minuta Sta. Luċija jagħmluhom 1-1 meta ANTE b’xutt stupend minn freekick perikoluż skorja fir-rokna ta’ taħt tax-xibka. Ma’ laħqitx għaddiet minuta meta Sta. Luċija marru fil-vantaġġ b’kontra attakk veloċi fejn TACKIKAWA għamilhom tnejn f’azzjoni ta’ wieħed kontra wieħed.

Fit-63 xutt tajjeb ta’ Da Silva Souza minn tarf il-kaxxa kien salvat tajjeb minn Spiteri. Fis-67 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Camenzuli spiċċa salvat faċilment minn Vella. Fis-77 minuta, Keqi qabeż żewġ plejers, daħal fil-kaxxa u l-kross-shot tiegħu kien salvat minn Vella.

B’hekk il-partita ntemmet favur Sta. Luċija li ħarġu mill-grawnd bi 3 punti wara li dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 fuq iċ-ċhampions renjanti, Floriana, biex b’hekk issa jitilgħu b’4 punti.