Lokali

COVID-19: Żewġ persuni taħt il-45 sena fl-ITU

Ritratt: Matthew Tabone
B'kollox hemm disa' persuni fl-ITU.

Hekk kif pajjiżna rreġistra l-ikbar numru ta’ każi pożittivi f’ġurnata waħda, jidher li fost dawk li hemm fit-taqsima tal-kura intensiva fl-Isptar Mater Dei hemm żewġ persuni li għandhom bejn il-35 u l-45 sena.

B’kollox s’issa hemm disa’ persuni fl-ITU, jiġifieri tlieta iżjed minn nhar il-Ġimgħa li għadda.

Fi stqarrija, il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel wissiet li m’hawnx biżżejjed ħaddiema li jafu jaħdmu fl-ITU minkejja s-soddod u l-ventilators li hemm. Dan ifisser li jekk in-numri ta’ każijiet pożittivi jibqgħu jiżdiedu, mhux se jkun hemm biżżejjed infermiera li jassistu lill-pazjenti.