Sport Sport Ieħor

Fabio Quartararo għal darb’oħra fuq quddiem

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq Fabio Quartararo se jkun qiegħed għal darb’oħra jibdu fuq quddiem nett fil-Grand Prix ta’ Aragon. Warajh se jibda sieħbu fit-tim Maverich Vinales segwit minn Cal Crutchlow ta’ Honda.

It-Taljan Franco Morbidelli u s-sewwieq ta’ Ducati Jack Miller se jkunu qed jibdew mir-raba’ u mill-ħames post rispettivament. Joan Mir ta’ Suzuki se jkun qiegħed jibda mis-sitt post filwaqt li l-Ġappuniż Takaaki Nakagami se jkun qiegħed jibda mis-seba’ post.

Mit-tmien pożizzjoni se jkun qiegħed jibda Danilo Petrucci filwaqt li mid-disa’ post se jkun qiegħed jibda Aleix Espargaro. Is-sewwieq ta’ Suzuki Alex Rins se jkun qiegħed jibda mill-għaxar post.

Kif se jibdew: 1 F. Quartararo    1:47:076, 2 M. Vinales         +0.046, 3 C. Crutchlow     +0.229, 4 F. Morbidelli      +0.241, 5 J. Miller    +0.337, 6 J. Mir       +0.603, 7 T. Nakagami      +0.683, 8 D. Petrucci         +0.848, 9 A. Espargaro      +0.912, 10 A. Rins   +0.959, 11 A. Marquez      +1.113, 12 P. Espargaro    +1.126, 13 A. Dovizioso    +0.676, 14 B. Binder           +0.777, 15 I. Lecuona        +0.929, 16 J. Zarco  +0.992, 17 F. Bagnaia       +1.310, 18 M. Oliveira      +1.355, 19 B. Smith +1.480, 20 T. Rababt +1.482, 21 S. Bradl +2.090