Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza fil-Marsa

Raġel jinsabu fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza fi Triq Aldo Moro, fil-Marsa għall-ħabta tas-7:15 ta’ dalgħodu.

L-inċident seħħ wara li karozza misjuqa minn Taljan ta’ 29 sena tajret raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma lisptar għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.