Sport Sport Ieħor

It-tieni rebħa għal Valseme fi klassi Premier

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella

L-aktar tiġrija mistennija li saret is-Sibt wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienet waħda tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m.
Din għamlet parti mill-35 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha tat-trott u ntrebħet minn Valseme ta’ Michael Ellul.
Ħmistax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. As De Godisson (Mario Fenech) li kien għal ħafna ħin fl-ewwel post ċeda kollox f’nofs id-dritta finali.


Dan meta nqabeż minn Valseme (Michael Ellul) li ħa t-tieni rebħa f’Malta faċilment b’tul mid-debuttant Franciz Andiamo De Monchel (Noel BaldaccĦino) u Tack Wee (Jonathan Farrugia). Nelle Atticus Jake (Clint Gauci) temm fir-raba’ pożizzjoni.
Il-laqgħa nkludiet ukoll tliet semifinali mill-kampjonat Krafft għal żwiemel tal-klassi Bronze fuq distanza qasira ta’ 2140m. Minnhom tnax -il żiemel għaddew għall-finali.


Dawn intrebħu minn Diego JYL (Jason Zahra) li ha t-tieni rebħa tas-sena wara li ħa l-kmand 400m mit-tmiem; Forsman (Charles Camilleri) li ħa t-tieni rebħa konsekuttiva u f’Malta wara li kien il-ħin kollu quddiem u minn Chataigne d’Echal (Sam Cassar) li ħa t-tielet rebħa f’Malta b’tul minn Beau Favori (Paul Galea).


Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Digital Life (C. Camilleri) Ħin – 3.29” (1.19.2”) 2. Vasco d’Agamis (P. Galea) 3. Espion Volsin (R. Gatt) 4. Bellflower (C. Borg)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Cet Atout Maitre (R. Gatt) Ħin – 3.25.2” (1.17.7”) 2. Ami Cornuaillas (N. BaldaccĦino) 3. Tennis d’Anjou (P. Galea) 4. Jag De Morgane (H. McKay)
III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Alzano Verderie (N. Barbara) Ħin – 3.23.9” (1.17.3”) 2. Powerful Teemer (G. Falzon) 3. Akili Buissonay (J. Zahra) 4. Mystic Accident (N. BaldaccĦino)
IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Ami (N. BaldaccĦino) Ħin – 3.19.9” (1.15.7”) 2. Bionda De Tilou (T. Tanti) 3. Carabin d’Urzy (O. Cauchi) 4. American Master (P. Galea)
V Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Krafft. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Diego Jyl (J. Zahra) Ħin – 2.41.2” (1.15.3”) 2. M.T. Jewel (M. Debono) 3. Defi d’Havane (J. Carabott) 4. Defi De Gueriniere (D. Grima)
VI Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Krafft. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Forsman (C. Camilleri) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Cesar Du Buillon (R. Gatt) 3. Cadumroc (Ch. Degiorgio) 4. Derby Chevaleraie (N. BaldaccĦino)
VII Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Krafft. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Chataigne d’Echal (S. Cassar) Ħin – 2.42.7” (1.16.1”) 2. Beau Favori (P. Galea) 3. Dehande (R. Gatt) 4. Fan De L’Iton (J. Attard)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Valseme (M. Ellul) Ħin – 3.21.9” (1.16.5”) 2. Andiamo De Monchel (N. BaldaccĦino) 3. Tack Wee (J. Farrugia) 4. Nelle Atticus Jake (C. Gauci)
IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Brosnan Jet (Ch. Grech) Ħin – 3.21.5” (1.16.4”) 2. Vangiskan Scott (N. BaldaccĦino) 3. Best Of Sly (N. Barbara) 4. Vic Du Bossis (A. Grech)