Sport Sport Ieħor

Jingħata bidu għar-Rolex Middle Sea Race

(Ritratt: Rolex/Kurt Arrigo)

Dalgħodu ngħata bidu għall-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race fejn minkejja s-sitwazzjoni preżenti kawża tal-pandemija tal-coronvirus ħadu sehem ħamsin jot maqsuma f’seba’ taqsimiet.

Seba’ timijiet qed jikkompetu fil-kategorija Double Handed, fuq quddiem hemm tliet dgħajjes Taljani: Libertine ta’ Marco Paolucci, Zenhea Takesha u Akilaria 40 Crossing Routes – Vaquita ta ’Alessio Bernabui – Sejjer tajjeb ukoll wara l-korrezzjoni tal-ħin huwa l-jott Franċiż Jubilee ta’ Gerald Boess & Jonathan Bordas.

F’riħ forza 4 mill-majjistral u f’temp mill-isbaħ, kienet ġurnata perfetta biex l-ekwipaġġi jitilqu b’faċilità.