Futbol Sport

Juventus miżmuma minn Crotone

Juventus ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Crotone f’partita li kien fiha minn kollox. Wara biss 12 -il minuta, Crotone marru fil-vantaġġ permezz ta’ penalty skorjat minn SIMY. Juventus ġabu d-draw 11-il minuta wara permezz ta’ ALVARO MORATA wara li rċieva cross tajjeb mingħand Chiesa.

Mas-siegħa logħob, Juventus spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta Chiesa daħal daħla kerha fuq Cigarini bir-referee juri l-karta l-ħamra mill-ewwel lill-istess Chiesa. Minkejja bi plejer inqas Juvnetus irnexxielhom jiskorjaw fis-76 minuta permezz ta’ Morata iżda l-gowl tiegħu kien imħassar permezz tal-VAR.

Serie A

Illum: Napoli v Atalanta 4-1, Inter v Milan 1-2, Sampdoria v Lazio 3-0, Crotone v Juventus 1-1 Għada: Bologna v Sassuolo 12.30pm, Spezia v Fiorentina 3.00pm, Torino v Cagliari 3.00pm, Udinese v Parma 6.00pm, Roma v Benevento 8.45pm It-Tnejn: Verona v Torino 8.45pm