Lokali

Kelb tas-servizz isib pakkett mimli ġlud tal-għasafar

Ġlud ta’ 84 għasfur instabu f’pakkett li wasal għand Maltapost waqt li kien għaddej mill-proċess ta’ screening filwaqt li l-kelb tas-servizz, Stan innota li kien hemm xi ħaġa llegali.

Waqt din l-ispezzjoni, Stan kien kruċjali hekk kif minnufih ta sinjal għal pakkett kbir. Minn hemmhekk, uffiċjali tad-Dwana fetħu l-pakkett u sabu l-ġlud imgeżwrin fit-tape.

Il-pakkett qed jinżamm għand uffiċjali ta’ ERA sakemm ikomplu l-investigazzjonijiet.