Lokali

L-IĠM tikkundanna li TVM iċċensuraw il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti

Ritratt: IĠM

L-IĠM ikkundannat l-aġir tal-istazzjoni nazzjonali meta l-bieraħ waqt ix-xandira diretta tal-konferenza stampa mill-Prim Ministru Robert Abela ma baqgħux ixandru l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.

Din kienet it-tieni darba fl-aħħar ġimgħat meta TVM ma xandarx dak li seħħ wara d-diskorsi tal-Prim Ministru, id-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne, il-Ministru Byron Camilleri u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci. B’hekk, dan wassal biex is-segwaċi ma setgħux isegwu l-perjodu fejn il-ġurnalisti jsaqsu mistoqsijiet ta’ klarifika għal dak li jkun għadu kemm intqal, b’riżultat li l-poplu Malti u Għawdxi baqa’ b’għadd ta’ mistoqsijiet mhux iwieġba.

L-IĠM qed titlob għal azzjoni immedjata u konkreta mill-Awtorità tax-Xandir hekk kif jekk dan ma jseħħx in-nies ma jkunux aġġornati bl-aħħar żviluppi… barra li qed tinkiser l-libertà tal-espressjoni minn naħa tal-ġurnalisti.