Futbol Sport

Manchester United jirbħu l-konfront fl-aħħar erba’ minuti

Tliet gowls fl-aħħar erba’ minuti kienu biżejjed biex Manchester United għelbu lil Newcastle 4-1 f’partita li dehret destinata għal draw.

Newcastle marru fil-vantaġġ wara żewġ minuti meta f’tentattiv biex jinterċetta l-ballun, id-difensur ta’ Manchester United Luke Shaw xeħet fil-lasta tiegħu stess. It-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer ġab id-draw fit-23 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ HARRY MAGUIRE. Fit-58 minuta Bruno Fernandes ra l-penalty tiegħu jkun salvat minn Darlow. L-istess FERNANDES tefa’ lil Manchester United fil-vantaġġ fis-86 minuta biex gowl ta’ WAN BISSAKA u ieħor ta’ RASHFORD fid-90 minuta aċċertaw mit-tliet punti.

Premier League

Illum: Everton v Liverpool 2-2, Chelsea v Southampton 3-3, Man City v Arsenal 1-0, Newcastle v Man Utd 1-4 Għada: Sheff utd v Fulham 1.00pm, Crystal Palace v Brighton 3.00pm, Tottenham v West Ham 5.40pm, Leicester v Aston Villa 8.15pm It-Tnejn: WBA v Burnley 6.30pm, Leeds v Wolves 9.00pm