Futbol Sport

Rebħa missielta għal Ħamrun

(Ritratt: Ħamrun Spartans)

Matteo Grima

Gudja U ………..0

Ħamrun S……….1

Gudja U. : G.Zammit (C), J.Farrugia, J. De Yuri Messias (T.Gusman 85’), A.Friggieri (C. Augusto 79’), L.Cremona, G.Mensah, D.Camilleri, I.Gonzalez, J.Brincat (A. Micallef 74’), A.Bolanos, P.Silva.

Ħamrun S. : P.Sanchez, D.Gojkovic, M.Guillaumier, J.Mbong, O.Sasere (I.Iriberri 74’), I.Abdullahi, S.Valero, J.Corbalan, K.Micallef (C), M.Barbosa, E.Marcelina.

Imwissija: A.Bolanos (G), L.Cremona (G), D. Gojkovic (H), I. Iriberri (H)

Tkeċċija: D. Gjokovic (H), A.Bolanos (G)

Skorjaw: Marcelo Barbosa (H)

Referee: Matthew Degabriele

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri, Darko Stankovic

Mir-raba’ ġurnata tal-Kampjonat Premier kien imiss partita bejn żewġ timijiet li qedgħin jokkupaw pożizzjoni għolja fil-klassifika, Gudja United u Ħamrun Spartans. Iż-żewġ timijiet kienu għadhom bla telfa sa qabel din il-partita iżda ma baqax il-każ hekk kif Gudja U. sfaw melgħuba minn Ħamrun S., fl-aħħar battuti tal-partita.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet minn Ħamrun wara 8 minuti logħob meta Junior Barbosa seraq ballun fi tlett kwarti ta’ ground, avvanza u kkonkluda, bix-xutt tiegħu jispiċċa mdawwar għal korner minn Zammit.

Ħamrun baqaw jafsu u mal-kwarta logħob kienu viċin li jiftħu l-iskor meta cross perikoluz ta’ Karl Micallef kien attakkat bir-ras minn Franklin Sasere, bil-ballun jispiċċa fuq is-saqaf tax-xibka.

Gudja ittantaw xortihom ftit wara meta James Brincat irċieva fuq ix-xellug bix-xutt tiegħu ikun salvat faċilment minn Pablo Sanchez.

L-Ispartans reġaw kienu viċin meta għal darboħra Franklin Sasere qabeż diversi players, daħal fil-kaxxa, bix-xutt tiegħu jistampa mal-wieqfa biex Gudja jerġgħu jeħilsuha ħafif.

Franklin Sensare reġa ħoloq azzjoni perikoluża lejn l-aħħar ta’ l-ewwel taqsima meta bil-veloċita’ tiegħu qata’ id-difiża żda minn quddiem Zammit tefa’ inkredibilment barra biex l-ewwel taqsima għalqet mingħajr ebda gowl.

Mal-bidu tal-ewwel taqsima, Ħamrun reġaw kienu perikolużi din id-darba grazzi għal xogħol tekniku tad-debuttant Matthew Guillaumier li bill-cross sab lil Marcelo Barbosa b’dan tal-aħħar jara x-xutt imxellef tiegħu jaħbat mal-minduda qabel jispiċċa f’korner.

Ftit wara s-siegħa logħob, Llywelyn Cremona dahar tajjeb bil-ballun bix-xutt mid-distanza tiegħu jispiċċa mdawwar f’korner minn Pablo Sanchez. Gudja komplew bil-bidu ferm pożittiv tat-tieni taqsima meta minn azzjoni ta’ korner li ngħata minn Aiden Friġġieri kien Patrick Silva li b’daqqa ta’ ras laqat il-lasta. Ftit wara xogħol tajjeb ta’ Gabriel Mensah sab lil Aiden Friggieri b’dan tal-aħħar jara x-xutt tiegħu minn ġol-kaxxa salvat b’diffikulta minn Pablo Sanchez li dawwar għal korner. Meta kollox kien qed jindika li l-partita se tispiċċa f’parita, MARCELO BARBOSA rċieva viċin il-penalty spot, bix-xutt mal-ewwel tiegħu jispiċċa fir-rokna tax-xibka għal 0-1, bl-isofrzi ta’ Gudja jisfumaw fix-xejn.