Appell mill-familja ta’ wieħed mill-iktar vittmi riċenti tal-COVID-19 wassal biex fi ftit sigħat se tinqata’ xewqtu minkejja li m’għadux magħna.
Kienet il-familja ta’ Charlie li fl-aħħar sigħat bdiet appell biex jinstab iż-żiemel ta’ trailer li kien juża f’xogħlu qabel inbiegħ.
Is-solidarjetà tal-poplu Malti ma’ din il-familja li għadha tibki din it-telfa ta’ persuna tant għażiża wasslet biex fi ftit ħin dan it-trakk pjuttost partikolari, b’disinn mill-isbaħ, instab.
Dan hekk kif is-sid attwali kien qed ibiegħu u s-sbuħija tiegħu kienet diġa’ attirat l-attenzjoni ta’ ħafna li mmedjatament taw l-għajnuna tagħhom biex isir kuntatt bejn is-sid u l-familja.
It-trakk issa mistenni jkun preżenti għall-funeral ta’ Charlie.
Aqra iktar dwar l-istorja ta’ Charlie hawnhekk:


