Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, qed tistenna li l-Gvern jibda jiddiskuti l-protokolli għall-għeluq tal-iskejjel hekk kif dan, minn ħin għal ieħor, issa hu inevitabbli bl-isplużjoni ta’ każijiet ġodda pożittivi ta’ kuljum.
Dan apparti li t-trażmissjoni allarmanti tal-virus fil-komunità qed jimpatta mhux ftit l-iskejjel, l-edukaturi, l-istudenti u l-familji tagħhom.
L-għalliema sa issa huma fil-għama dwar il-kriterji ta’ kif se jingħalqu l-iskejjel, bil-union tistaqsi jekk huwiex se jkun hemm uniformità fid-deċiżjonijiet, għaliex ħadd ma jista’ jiddistingwi bejn skola tal-Gvern u oħra indipendenti, jew bejn skejjel f’livelli primarji, sekondarji jew post-sekondarji.
L-MUT tistenna li l-Gvern jagħti prijorità massima lil din is-sitwazzjoni filwaqt li affermat mill-ġdid li kien il-Gvern, u ħadd aktar, li għażel li jiftaħ l-iskejjel.
Jiġri jiġri fl-iskejjel jew bħala konsegwenza għall-ftuħ tagħhom b’mod fiżiku, ir-responsabbiltà kollha jġorrha l-Gvern, temmet tgħid l-istqarrija tal-union tal-għalliema.
//= $special ?>