Lokali

Surġent tal-Pulizija ttieħed l-Isptar wara inċident tat-traffiku

Għall-ħabta tal-10:15 ta’ dalgħodu seħħ inċident mar-roundabout ta’ Triq il-Kanun, fi Fleur de Lys, bejn karozza privata u karozza tas-servizz.

Minnufih, fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex tassisti lil dawk involuti fl-inċident, b’surġent tal-Pulizija ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Fuq il-post marru wkoll membri tal-RIU u tal-Pulizija tad-distrett biex jikkontrollaw it-traffiku li nġema’.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.