Internazzjonali

Tibda l-votazzjoni bikrija fl-Istati Uniti – rekord ta’ persuni li ħarġu jivvotaw

L-Istati Uniti rrieġistrat ammont rekord ta’ persuni li ħarġu jivvotaw fl-elezzjoni bikkrija li saret nhar il-Ġimgħa.

B’kollox s’issa kien hemm iktar minn 22 miljun persuna li ħarġet tivvota. Din hi żieda sostanzjali hekk kif lura fl-2016 kienu vvotaw madwar 6 miljun ruħ.

Jikkontestaw il-kariga ta’ President tal-Amerika f’din l-elezzjoni hemm Donald Trump u Joe Biden.

Il-ġurnata l-propja tal-elezzjoni se tkun fit-3 ta’ Novembru.