Internazzjonali

Tirbaħ elezzjoni wara li ma ddejqitx timponi restrizzjonijiet kbar

Rebħa kbira għal Jacinda Ardern.

Jacinda Ardern se tkun il-Prim Ministru ta’ New Zeeland wara rebħa komda fl-Elezzjoni Ġenerali… hi se tkun qed tkompli fil-kariga li kienet qed tokkupa għal dawk l-aħħar snin.

Din ir-rebħa kienet xi ftit mistennija hekk kif Ardern kienet il-favorita wara s-suċċess li kellha bħala Prim Ministru matul il-pandemija hekk kif il-pajjiż gawda minn ġimgħat sħaħ mingħajr każi pożittivi. Hi imponiet lockdown wara l-ieħor, liema pass kien apprezzat minn nies ta’ New Zealand hekk kif ġabet is-saħħa tan-nies l-ewwel u qabel kollox.

Il-votazzjoni kienet oriġinarjament se ssir f’Settembru iżda ġiet posposta b’xahar minħabba li l-pajjiż reġa’ ra żieda fil-każi ta’ COVID-19. F’din l-elezzjoni ivvutaw iktar minn miljun persuna.