Sport Sport Ieħor

Alex Rins isir it-tmien rebbieħ differenti dan l-istaġun fil-Moto GP

(Ritratt: EPA)

Ir-rebbieħ tal-Grand Prix ta’ Spanja huwa Alex Rins ta’ Suzuki Ecstar, u sar it-tmien sewwieq differenti li ħa l-ewwel post dan l-istaġun. Alex Marquez ta’ Repsol daħal fit-tieni post segwit minn Joan Mir ta’ Suzuki Ecstar.

Alex Marquez tela’ fuq il-podju għat-tieni darba filwaqt li Fabio Quartararo minkejja li beda fuq quddiem temm fit-18-il post.

Fil-klassifika ġenerali, Joan Mir issa tela’ fl-ewwel post, u sar l-ewwel sewwieq ta’ Suzuki li għamel dan mill-2000. Fabio Quartararo jinsab fit-tieni post b’115-il punt, sitt punti taħt Mir b’Maverick Vinales jokkupa t-tielet post b’109 punti.

Kif spiċċaw: 1 A. Rins 41.54.391, 2 A. Marquez +0.263, 3 J. Mir +2.644, 4 M. Vinales +2.880, 5 T. Nakagami +4.570, 6 F. Morbidelli +4.756 7 A. Dovizioso +8.639 8 C. Crutchlow +8.913, 9 J. Miller +9.390, 10 J. Zarco +9.617, 11 B. Binder +13.200, 12 P. Espargaro +13.689, 13 A. Espargaro + 14.598, 14 I. Lecuona +15.291, 15 D. Petrucci +15.941, 16 M. Oliveira +18.284, 17 S. Bradl +20.136, 18 F. Quartararo +21.498, 19 B. Smith +25.300, 20 T. Rabat +25.558. Ma spiċċawx: F. Bagnaia