Futbol Sport

Doppjetta ta’ Joseph Farrugia trebbaħ lil St. Andrew’s

Chris Cassar

ST. ANDREW’s …………………….2

VITTORIOSA S. ……………………0

St Andrews: N. Grima, M. Muscat, I. Azzopardi, M. D’Alessandro, F. Fernandes Nunes (M. Vella Vidal 32’ (A. Borg Olivier 72’)), J. Farrugia, J. Sixsmith (S. Cassar Torreggiani 84’), LA Borg, KD Jackson, E. Bituemi, W. Camilleri

Vittoriosa: R. Marmara, C. Spiteri, J. Briffa, A. De Melo, G. Sultana, J. Farrugia, Q. Bregman, A. Cilia, D. Sowatey, R. Sgaria, K. Caruana (D. Borg Castaldi 45’)

Referee: Stefan Pace

St Andrews kisbu rebħa meritata fuq Vittoriosa b’doppjetta tal-captain Joseph Farrugia, f’partita li ftit li xejn rat azzjoni, u li fiha t-tim rebbieħ kien kważi l-ħin kollu fil-kontroll.

St Andrews marru viċin li jiftħu l-iskor wara 10 minuti logħob, meta wara li ħarab id-difensuri, Jackson għadda lejn Joseph Farrugia, li iżda ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit għoli. L-isforzi tagħhom kienu ppremjati ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima, meta l-istess Joseph Farrugia sab ir-rokna tax-xibka minn freekick dirett minn barra l-kaxxa l-kbira.

St Andrews irduppjaw il-vantaġġ tagħhom fis-66 minuta, meta reġa kien Joseph Farrugia li għeleb lil Marmara b’xutt sabiħ minn distanza konsiderevoli, li ħasdet lill-gowlkiper ta’ Vittoriosa.

Fil-75 minuta St Andrews kellhom ċans li jkomplu jkabru l-vantaġġ tagħhom, meta xutt b’saħħtu ta’ Luke Anthony Borg wara li rċieva mingħand Degran Jackson ħabat mal-mimduda. Vittoriosa kellhom ċans li jidħlu fil-partita għaxar minuti mit-tmiem, meta Ian Azzopardi deher iwaqqa lil Renan Farias Sgaria fil-kaxxa, bir-referee jsaffar għal penalty; iżda mill-il-metru, l-istess Sgaria xeħet barra.