Kenneth Vella
F’idejn Noel Baldacchino, Firstly Light rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret ilbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tat-Tazza San Franġisk għal żwiemel tal-klassi Copper fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din il-finali għamlet parti mis-36 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott.
Tnax-il żiemel ħadu sehem fil-finali tat-Tazza San Franġisk li twaqqfet mill-Malta Racing Club ftit tas-snin ilu grazzi għall-ħidma u l-inizjattiva ta’ Fr Mario Attard, Patri ħabrieki li tant għandu għal qalbu dan l-isport u tant jagħmel ġid fis-soċjeta’ Maltija. Wara li ngħata l-bidu uffiċjali kien Easy Sam (Charles Camilleri) l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u dan minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Easy Oaks (Rodney Gatt) u Rasputin LG (Jesmar Gafa’).
It-tiġrija ħadet svolta oħra 300m mit-tmiem meta beda jżid fil-ġiri fuq in-naħħa ta’ barra Noel Baldacchino bil-kwotat Firstly Light (Noel Baldacchino). Dan irnexxielu jieħu r-raba’ rebħa infila u s-sitt waħda tas-sena wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta’ Ernest Des Angles (Charlton Gauci). Easy Oaks (Rodney Gatt) u Lady Red Summer (Joseph Mercieca) daħlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.
Fi tmiem din il-finali, Joe Żerafa, direttur fi ħdan il-kunsill tal-Malta Racing Club ippremja lil Noel Baldacchino u Robert Attard, is-sewwieq u s-sid rispettivament ta’ Firstly Light.
Il-laqgħa nkludiet ukoll it-tliet semifinali mill-kompetizzjoni Johnnie Walker għal żwiemel tal-klassi Gold u ż-żewġ semifinali mill-kampjonat Executive Security Services għal żwiemel tal-klassi Silver. Dawn ukoll qiegħed isiru fuq distanza qasira ta’ 2140m. L-ewwel semifinali Gold intrebħet minn Neverendingdream (Rodney Gatt) li ħa r-raba’ rebħa staġjonali u t-tieni nfila wara li ħa l-kmand f’nofs id-dritta finali. Dan ittrijonfa minn Braveheart Jiel (Claudio Refalo), Drogba Bob (Charles Camilleri) u Blackbird Wood (Donio Vella).
Rodney Gatt ukoll rebaħ it-tieni semifinali permezz tal-kwotata Foxy Brown. Din ħalliet kollox għall-aħħar 400m biex temmet rebbieħa faċilment b’għaxar tulijiet minn Frankie Brodde (Noel Baldacchino). Għaliha din kienet it-tieni rebħa nfila u r-raba’ staġjonali.
Fit-tielet u l-aħħar semifinali Gold, Marco Debono talab lil Castle Rose biex jibda jżid il-ġiri fuq in-naħa ta’ barra dawra mit-tmiem. Dan mar quddiem fl-aħħar metri biex ħa r-raba’ rebħa tas-sena quddiem il-favorita Janske (Charles Camilleri) u Chemsak Vedaquais (Jeffrey Said). Aristote Gede (Mario Fenech) kien l-aħħar żiemel li għamilha għall-finali.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Ħniena Divina Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Frisquette Snob (R. Schembri) Ħin – 3.27.3” (1.18.6”) 2. Dakota Atout (M. Mifsud) 3. Crack Des Lanciers (R. Gatt) 4. Echo De Chanteins (N. Baldacchino)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Joyus (N. Baldacchino) Ħin – 3.24.2” (1.17.3”) 2. Artiste D’Alice (A. Cassar) 3. Banco Piya (S. Cortis) 4. Varenne Du Pommeau (R. Gatt)
III Tiġrija. Semi Finali Executive Security Services. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Global Rebel (C. Camilleri) Ħin – 2.44” (1.16.6”) 2. Drole De Destin (J. Said) 3. Baby Black D’Erah (P. Spiteri) 4. Aramis Gede (N. Baldacchino) 5. Feel The Music (M. Debono) 6. Black De La Vallee (P. Galea)
IV Tiġrija. Semi Finali Executive Security Services. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Bombay Saphir (F. Casha) Ħin – 2.40.7” (1.15.1”) 2. Best Of Morchies (D. Gatt) 3. Aimant (M. Farrugia) 4. Prinsen One (M. Farrugia) 5. Lajos Euro (J. Gafa’) 6. Big Boss D’Ariane (O. Cauchi)
V Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Neverendingdream (R. Gatt) Ħin – 2.40” (1.15”) 2. Braveheart Jiel (C. Refalo) 3. Drogba Bob (C. Camilleri) 4. Blackbird Wood (D. Vella)
VI Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Foxy Brown (R. Gatt) Ħin – 2.41.9” (1.15.6”) 2. Frankie Brodde (N. Baldacchino) 3. Armani S (J. Gafa’) 4. Judge Reo (K. Galea)
VII Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Castle Rose (M. Debono) Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. Janske (C. Camilleri) 3. Chemsak Vedaquais (J. Said) 4. Aristote Gede (M. Fenech)
VIII Tiġrija. Finali Tazza San Frangisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Firstly Light (N. Baldacchino) Ħin – 2.43.5” (1.16.4”) 2. Ernest Des Angles (Ch. Gauci) 3. Easy Oaks (R. Gatt) 4. Lady Red Summer (J. Mercieca)
IX Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Ulysse Du Bouchet (P. Galea) Ħin – 3.21” (1.16.1”) 2. Valentino Strix (L. Ghigo) 3. Bocsa De Lespi (N. Baldacchino) 4. Elliot Coger (M. Refalo)
X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Elvis Des Pignes (A. Cassar) Ħin – 3.24.6” (1.17.5”) 2. Condor Du Roumois (M. Ellul) 3. Quickspin (C. Calleja) 4. All Cash (L. Tanti)
//= $special ?>