Sport Sport Ieħor

L-ewwel programm ta’ SPORT EXTRA għal din l-iskeda

Mil-lum fl-4.00 pm jixxandar l-ewwel programm SPORT EXTRA li għat-22 sena konsekuttiva jgħamel parti mill-iskeda ta’ programmi fuq NetTV. Bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u grafika ta’ Stephen Chircop, SPORT EXTRA jibqa’ il-programm multi-sport b’kontribut dirett lill-isport Malti. Fi 22 sena ta’ SPORT EXTRA li fl-ewwel snin meta beda NetTV kien magħruf bħala WarmUp saru xejn anqas minn 700 programm b’madwar 3500 mistieden minn aktar minn 40 assoċjazzjoni tal-isport.

SPORT EXTRA f’sitt okkazjonijiet rebaħ it-taqsima Programmi tal-Isport fl-Għażliet tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin. Għas-sena ta’ sport 2020-21, SPORT EXTRA ser ikun qrib l-atleti Maltin fit-tħejjijiet għall-Olimpijadi ta’ Tokjo2021 fejn minkejja restrizzjonijiet minħabba Covid-19 l-attivitajiet tal-isport tkomplew. Fl-ewwel programm enfażi fuq il-Kampjonati Nazzjonali tal-atletika b’intervista mal-President ġdid tal-Malta Amateur Athletics Association Andy Grech kif wkoll mal-atleti Daniel Saliba, Luca Martini u Janet Richard li kienu protagonisti b’records nazzjonali . It-tieni parti tal-programm dedikata għal Handball b’intervista ma’ Paul Zammit li kien elett President fil-ġimgħat li għaddew. Filmati tas-servizzi saru minn Ramon Farrugia.