Il-gazzetti Malta Today u The Sunday Times qed jirrappurtaw li żewġt irġiel illi kienu fost dwak arrestati b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, offrew flus lill-familja ta’ Vince Muscat – il-Koħħu – biex hu ma jiftaħx ħalqu mal-Pulizija. L-offerta allegatament kienet pagament ta’ €1,500 fix-xahar.
L-offerta, skont ir-rapporti, saret minn Jamie Vella u Robert Agius – l-irġiel li allegatament provdew l-isplussiv li tpoġġa’ mal-karozza ta’ Caruana Galizia.
L-istess rapporti jindikaw ukoll li oriġinarjament il-pjan tal-grupp kien li l-ġurnalista tinqatel fi sparatura minn barra d-dar tagħha fil-Bidnija, minn post fil-għoli li minnu jidher kollox.
//= $special ?>