Ġewwa Stadio Olimpico, kienu Roma li ħarġu bit-tliet punti wara li umiljaw lil Benevento 5-2. Kienu Benevento li marru fuq quddiem wara biss ħames minuti b’gowl ta’ Gianluca CAPRARI. Wara n-nofsija logħob, PEDRO għamilhom 1-1, u ftit minuti wara, Edin DZEKO tefa’ lil Roma fil-vantaġġ. Fil-55 minuta, Benevento ngħataw penalty, b’Gianluca LAPADULA jfalli milli jinkwadra mill-ħdax-il metru iżda jkun ħafif biex bir-rebound tefa’ fix-xibka. Fid-69 minuta, Roma ngħataw penalty ukoll, din id-darba Jordan VERETOUT ma jfalliex. Roma komplew kabbru d-distakk b’żewġ gowls oħra fl-aħħar kwarta ta’ Edin DZEKO u Carles PEREZ.
Fiorentina kienu miżmuma 2-2 minn Spezia. Fiorentina marru fil-vantaġġ meta skorjaw żewġ gowls fl-ewwel ħames minuti tal-partita ta’ German PEZZELLA u Cristiano BIRAGHI. Spezia għamlu r-rimonta permezz ta’ Daniele VERDE fid-39 minuta u Diego FARIAS fil-75 minuta.
Sassuolo għelbu lil Bologna 4-3. Kienu Bologna li marru fuq quddiem wara disa’ minuti permezz ta’ Roberto SORIANO, b’Domenico BERARDI skorja l-gowl tad-draw ftit wara. Bologna reġgħu marru fil-vantaġġ minn gowl ta’ Mattias SVANBERG ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Riccardo ORSOLINI kabbar id-distakk għal Bologna fis-60 minuta. Fl-64 minuta bdiet ir-rimonta ta’ Sassuolo bi tliet gowls fi kwarta ta’ Filip DJURICIC, Francesco CAPUTO u awtogowl ta’ Takehiro TOMIYASU.
Cagliari rebħu 3-2 kontra Torino. Andrea BELOTTI fetaħ l-iskor fir-raba’ minuta wara li Torino ngħataw penalty. Ftit minuti wara, Joao PEDRO u Giovanni SIMEONE poġġa lil Torino fuq quddiem. BELOTTI għamel id-doppjetta personali fid-49 minuta. SIMEONE skorja l-gowl deċiżiv kwarta qabel tmiem il-partita. Fl-aħħar minuti tal-logħba, Vanja Milinkovic-Savic tkeċċa minn fuq il-bankina tas-sostituti.
Udinese għelbu lil Parma 3-2. HERNANI poġġa lil Parma fil-vantaġġ, iżda SAMIR kien malajr biex ġab id-draw. Udinese marru fuq quddiem permezz ta’ own gowl ta’ Simone IACOPONI, iżda Yann KARAMOH reġa poġġa l-partita f’parità. Fl-aħħar minuti, Ignacio PUSSETTO skorja l-gowl tar-rebħa għal Udinese. Parma bħalissa jinsabu b’sitt plejers neqsin hekk kif din il-ġimgħa nstabu pożittivi għal coronavirus.
//= $special ?>