Futbol Sport

Riżultat kiefer wisq ma’ St.George’s

Chris Cassar

SAN GWANN ………………………. 3

ST. GEORGE’S …………………….. 0

San Gwann: C. Formosa, J. Bowman, L. Mallia, C. Gauci, P. Kanzurov, O. Spiteri, C. Attah, A. Zammit, J. Omoruanzoje, C. Gauci, U. Calistus

St.George’s: M. Bartolo, M. Caruana, R. Mandic, L. Bonett, D. Caruana, B. Gomes Dos Reis, S. Darmanin, D. Rojas Serna, R. Tantie, A. Hili, O. Magro.

Referee: Aleksandar Jovanovic

Għalkemm ir-rebħa ta’ San Gwann komplessivament kienet mistħoqqa, iżda l-passiv ta’ tliet gowls kien riżultat kiefer wisq għal St. George’s li issa għadhom mingħajr punt wara tliet logħbiet.

L-ewwel taqsima fetħet bit-tim Bormliż ferm attiv fejn fl-ewwel żewġ minuti l-gowlkiper ta’ San Gwann wettaq żewġ interventi diffiċli fuq xuttijiet b’saħħithom ta’ Dylan Caruana u Leeroy Bonett.

Iktar ma beda għaddej il-ħin iktar l-inizzjattiva għaddiet f’idejn it-tim ta’ San Gwann li fetħu l-iskor fil-21 minuta b’azzjoni ta’ Chibueze ATTAH li antiċipa l-ħarġa tal-gowlkiper u xeħet f’xibka vojta.

Mas-siegħa logħob St.George’s kienu sfortunati meta daqqa ta’ ras ta’ Dos Reis ħabtet mal-mimduda. San Gwann irduppjaw fit-68 minuta meta minn kross mil-lemin kien ATTAH li bir-ras għeleb għat-tieni darba lil Bartolo, u fit-83 minuta Andrea ZAMMIT għalaq il-logħba meta skorja bi freekick sabiħ.