Internazzjonali

Stati Uniti: Tista’ issir l-ewwel mara li tingħata l-piena kapitali f’70 sena

Mara kundannata dwar il-qtil ta’ mara tqila tinsab eqreb l-appuntament ma’ mewta legali – u meta r-reat tagħha qed ikun imfisser bħala ‘wieħed partikularment faħxi’.

Lisa Montgomery mistennija ssir l-ewwel mara li tkun ingħatat il-piena massima għal kważi 70 sena, fost rapporti  mid-Dipartiment tal-Ġustizzja li hi se tingħata l-injezzjoni letali fit-8 ta’ Diċembru.

L-omiċidju inkwistjoni jmur lura għall-2004 meta Montgomery kienet għallqet lill-vittma f’Missouri, qabel ‘qatgħet it-tarbija mill-ġuf ta’ ommha’. L-aħħar mara li ngħatat il-piena massima fl-Istat ta’ Missouri kienet Bonnie Heady, li mietet fil-kamra tal-gass fl-1953.