Sport Sport Ieħor

Tao Geoghegan Hart jirbaħ il-15-il stadju tal-Giro d’Italia

Ir-rebbieħ tal-15-il stadju tal-Giro d’Italia huwa l-Brittaniku Tao Geoghegan Hart ta’ Team Ineos li sar fuq distanza ta’ 185 kilometru minn Frecce Tricolori sa Piancavallo. Fit-tieni post daħal Wilco Kelderman ta’ Sunweb segwit minn sieħbu Jai Hindley. Joao Almeida żamm il-flokk ir-roża minkejja li ma kellhux riżultat mixtieq.

Hart issa jinsab f’ċans kbir li jirbaħ il-Giro d’Italia wara s-suċċess tal-lum. Almeida għadu fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali, iżda kollox jista’ jinbidel fl-aħħar ġimgħa tal-kompetizzjoni, hekk kif Kelderman jinsab 15-il sekonda biss warajh.