Illum kompla t-tieni jum tal-Rolex Middle Sea Race minn Capo Gallo għal Ustica. Fuq quddiem jinsabu ż-żewġ Taljani Mana ta’ Ricardo Pavoncelli u Maserati Multi70 ta’ Giovanni Soldini. Warajhom hem Ultim Emotion (FRA), Shockwave (AUS) u Primonial (FRA).
Għal Monohulls, I Love Poland jinsab l-aħjar mill-kategoriji IRC Class 1 u IRC Class 2, segwit minn Teasing Machine (FRA) u Freccia Rossa (ITA).
Għal yachts iż-żgħar, Tonnerre De Glen qiegħed fuq quddiem.
L-ewwel yacht Malti huwa Artie III ta’ Lee Satariano, segwit minn Elusive 2. Sfortunatament, il-Malti Sean Borġ b’Xp44 Xpresso irtira matul il-lejl wara li l-yacht sofra xi ħsara.
//= $special ?>