Coronavirus Lokali Saħħa

109 każ ġdid ta’ COVID-19; ifiqu 6 persuni

Fl-aħħar 24 siegħa l-każi ta’ COVID-19 f’Malta u f’Għawdex żdiedu b’103 hekk kif pajjiżna rreġistra 109 każi ġodda ta’ Coronavirus filwaqt li fiequ mill-virus 6 persuni.

Dan ikompli jżid in-numru ta’ każi attivi li issa jammontaw għal 1,454. Dan meta wieħed jinkludi 4 immigranti li għandhom il-virus waqt li jinsabu f’Malta.

L-aħbar tal-Awtoritajiet tas-Saħħa fuq Facebook li fiequ 6 persuni hija waħda li qed tinkwieta lil ħafna hekk kif dan hu l-inqas ammont ta’ fejqan fl-aħħar ġimgħat.

Il-każi totali ta’ Coronavirus f’Malta sa mill-bidu tal-imxija issa tela’ għal 4,954 filwaqt li dawk li fiequ issa jammontaw għal 3,442.S’issa tilfu ħajjithom kawża tal-COVID-19 45 persuna.

Ta min jinnota li mill-każi li tħabbru l-Ħadd, 40 huma każi relatati ma’ każi oħrajn fil-familja, dan filwaqt li 70 persuna ma jafux minn fejn ħadu l-virus.