Fl-ewwel reazzjoni tagħħa għall-Budget, il-UHM Voice of the Workers qalet li l-Gvern seta’ kien iktar innovattiv fil-proposti tiegħu għas-sena li ġejja. Dan għaliex pajjiżna għaddej minn sfidi kbar fosthom dik tal-coronavirus.
Josef Vella, f’intervent waqt il-programm Net Live, qal li jilqa’ b’sodisfazzjon l-Vouchers li se jerġa’ jagħti l-Gvern iżda qal li l-Gvern missu ħaseb iktar fil-batut u dawn il-vouchers ikunu jistgħu jissarrfu wkoll fil-kontijiet d-dawl u l-ilma u fil-mediċini.
Min-naħa tieħu, Paul Abela milll-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji qal li kulħadd irid ikollu moħħu mistrieħ, mhux sa Marzu biss imma anke għal wara. Saħaq li huma xtaqu li titnaqqas il-VAT. Apparti dan hemm bżonn li l-banek jaġixxu iktar waqt din is-sitwazzjoni delikata li pajjiżna jinsab għaddej minnha. Saħaq li l-Gvern għandu jagħmel investiment fl-immedjat.
Josef Vella qal li f’dokument sħiħ ma kien ebda referenza għat-teleworking. Il-bonus għall-frontliners li l-UHM ilha żmien twil tappella għalih, ma sabx ruħu fil-Budget imressaq għas-sena d-dieħla. Il-proposti tal-Gvern, huma proposti li ma tantx jirriflettu l-pandemija li pajjiżna jinsab għaddej minnha. Vella qal li kien hemm bżonn ta’ iktar proposti konkreti, għax il-ħaddiema qed jaffaċċjaw numru ta’ problemi u sfidi. Hemm postijiet tax-xogħol li qed jitħarbtu minħabba l-kwarantina.
Paul Abela qal li n-negozji jridu jibqgħu għaddejjin.
//= $special ?>