Ambjent Budget 2020 Lokali Transport

Budget li jinjora l-problemi tat-traffiku

Il-Gvern jagħmel referenza darba waħda biss għall-kelma "siġar"

Il-Gvern Laburista fil-budget ma għamel l-ebda referenza għall-fatt li biex jitwessgħu t-toroq qed jinqerdu, jitqaċċtu jew jiċċaqilqu mijiet ta’ siġar.

Dan apparti li fost il-proġetti msemmija li se jsiru għamel referenza għall- proġetti bħas-Central Link.

Il-Gvern intant fil-Budget għamel referenza għall-kelma “siġar” darba waħda biss… u bqajna ma nafux kemm għandu ħsieb li jħawwel siġar fis-sena li ġejja… jekk hemm ħsieb li jaghmel dan.

Dwar it-traffiku, il-Gvern ma qal assulutament xejn… u apparti l-isfreġju ambjentali li diġà sar, il-Budget għamel referenza għall-fatt li se tinħoloq sistema ta’ trasport tal-massa fejn reġa’ qal li se jitkompla studju biex dan isir.

Fatt pożittiv kien li fil-budget tissemma’ li se jkun hemm l-iżvilupp tal-ekonomija l-ħadra, madankollu qal ftit li xejn dwar x’inhi din l-ekonomija l-ħadra għall-Gvern… bil-Gvern Laburista falla li jilħaq il-miri tal-Unjoni Ewropea biex Malta tipproduċi enerġija sostenibbli u nadifa f’pajjiżna.

Dwar il-Housing il-Gvern mill-ġdid għamel wegħdiet fl-arja bl-aħħar 7 snin ta’ Gvern Soċjalista…  għadu ma lesta l-ebda proġett ta’ akkomadazzjoni soċjali.

Issemmew ukoll proġetti bħar-rinovar fi ġnien il-Mall fil-Floriana… proġett li ilu jiġu pospost sena wara l-oħra… filwaqt li reġa’ qal li se jitkompla l-proġett li jitkabbar il-park nazzjonali ta’ Ta’ Qali.

Intant dwar il-Kunsilli Lokali l-Gvern preżenta biss żewġ paragrafi.. illi fihom jindika biċ-ċar li mhux se jagħti aktar saħħa lill-Kunsill Lokali, anzi wera li ma jimpurtahx.