Internazzjonali

Covid-19: Il-Belġju qed jiffaċċja ‘tsunami’ ta’ infezzjonijiet ġodda

Il-Belġju jista’ dalwaqt iħabbat wiċċu ma’ mewġa enormi u ‘straordinarja’ ta’ infezzjonijiet bil-coronavirus ġdid, meta l-pajjiż irrapporta numru kbir partikulari ta’ każijiet ġodda tal-Covid-19.

Il-Ministru Belġjan għall-Affarijiet Barranin, Frank Vandenbroucke, qal li l-każi l-ġodda huma ‘viċin ta’ tsunami’ u li l-awtoritajiet ‘mgħadhomx qed jikkontrollaw dak li qed jiġri fil-pajjiż’.

Il-Belġju, intant, qed jintroduċi l-miżuri ġodda biex iwaqqaf il-firxa u li ħafna minnhom daħlu fis-seħħ proprju llum. Il-miżuri fost oħrajn, jesiġu biex il-bars u r-ristoranti kollha jagħlqu għal erba’ ġimgħat.

L-ammont tal-infezzjonijiet bil-Covid-19 qegħdin jiżdiedu madwar l-Ewropa, bl-Istati Ewropejm bħalissa, qed ikollhom jimplimentaw dejjem aktar restrizzjonijiet.