Internazzjonali

Covid-19: Lejn lockdown intensiv f’Wales…

Min-nhar il-Ġimgħa, Wales se jimplimenta 17-il jum ta’ ‘lockdown profond’ biex jilqa’ għall-infezzjonijiet ġodda bil-coronavirus.

Dan meta jridu jagħlqu l-ħwienet kollha li mhumiex essenzjali, flimkien mal-istabbilimenti għad-divertiment u l-postijiet tat-talb fil-pajjiż.

L-istudenti li jattendu l-iskejjel primarji f’Wales u l-istudenti ta’ ‘Years 7 and 8′ se jkunu jistgħu jirritornaw għal-lezzjonijiet wara perjodu ta’ btajjel stabbilit — iżda l-istudenti akbar fl-età iridu jistudjaw id-dar.

Id-direttivi għal Wales jesiġu wkoll biex ma jitħalltux il-familji — sewwa jekk ikunu ġewwa inkella fuq barra.

Kelliema għat-Tmexxija ta’ Wales qalu li l-programm drastiku ta’ miżuri magħruf bħala ‘firebreak’ hu l-aħjar ċans tagħhom ‘li jieħdu l-kontroll’ tas-sitwazzjoni. Dan meta hemm il-potenzjal li l-virus ‘jegħleb il-kapaċitajiet tas-settur tas-saħħa lokali’.