Ambjent Lokali

“Il-ftuħ tal-istaġun tal-insib hu mossa ddisprata u ta’ sfida mill-Prim Ministru Robert Abela” – BirdLife

BirdLife Malta kitbet lill-Kummissarju tal-UE Virginijus Sinkevičius dwar ilmossa ddisprata u ta’ sfida min-naħa tal-Prim Ministru Robert Abela f’isem il-Gvern ta’ Malta biex jerġa’ jiftaħ l-istaġun tal-insib minkejja li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) ħadet passi kontra l-ftuħ tal-istaġuni tal-insib bejn l-2014 u l-2017.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta Mark Sultana qal: “Dan hu attentat iddisprat biex il-Gvern ibaxxi rasu għal lobby żgħir voċiferu li qed jitħalla jonsob għal seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana taħt il-premessa ta’ proġett ta’ riċerka. Kulħadd jaf li l-maġġoranza assoluta tan-nassaba se jżommu lgħasafar li jaqbdu għax jafu li m’hemm l-ebda sorveljanza jew infurzar. Listaġun tal-insib, taħt l-iskuża ta’ riċerka, mhu xejn ħlief daħka fil-wiċċ.

Minbarra f’dan, hu fatt magħruf li n-numri ta’ għasafar ikkaċċjati jew minsuba li jiġu rrappurtati mill-kaċċaturi u n-nassaba Maltin matul is-snin hu ferm inqas min-numri maqbuda.”

Il-Gvern jidher li hu kommess li jieħu lil Malta lura fejn għandu x’jaqsam mal-ħarsien tan-natura. Dħalna f’era mudlama għall-ambjent f’Malta. Il-ġimgħa l-oħra 12-il Ajkla Bajda tniżżlu b’tiri tal-kaċċa f’Malta, żewġ Fjamingi litteralment inħatfu minn ġo riserva naturali, u biex tkompli tgħaxxaqha l-Prim Ministru ta’ Malta għadda l-ikbar żewġ imsaġar f’Malta (ilMiżieb u l-Aħrax) lill-kaċċaturi u n-nassaba.

BirdLife Malta hija determinata li tiġġieled dawn l-aħħar deċiżjonijiet fil-Qorti u twiegħed li se tagħmel minn kollox biex teżawrixxi l-mezzi legali
kollha possibbli kontra din id-deċiżjoni.