Budget 2021 Lokali

“Il-ħruġ mill-ġdid tal-vouchers jixhed li l-Gvern sema’ mill-MHRA” – Tony Zahra

Fl-isfond ta’ sena li tat daqqa mhux mistennija lit-turiżmu globali, u li waqqfet kompletament l-ivvjaġġar fl-ewwel kwart tal-2020, Malta wkoll ħasset dan l-impatt.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti l-MHRA qalet li din id-daqqa fit-turiżmu inħasset mill-ekonomija Maltija hekk kif danhu settur importanti ħafna għad-dħul tal-Gvern.

Fl-isfond tal-pandemija, l-MHRA faħħret il-mod ibbilanċjat u effettiv kif il-Gvern ħa d-deċiżjonijiet meħtieġa.

Dik li dehret sitwazzjoni li kienet se ttul ftit xhur issa nafu li se tieħu aktar żmien biex tgħaddi.

L-MHRA laqgħet l-aħbar li l-wage supplements se jkunu estiżi, u qalet li dawn huma kruċjali biex iżommu l-lukandi u r-ristoranti għaddejjin. Faħħret ukoll il-vouchers li bihom il-Gvern wera’ li jagħti valur lir-rakkomandazzjonijiet tal-MHRA.