Budget 2021 Lokali

“Iż-żgħażagħ għandhom jitpoġġew fuq quddiem nett tal-aġenda nazzjonali” – KNŻ

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jinsab kburi li permezz tagħħhom instemat il-vuċi taż-żgħażagħ fuq numru ta’ punti pertanenti kif jidher f’dan il-baġit, kemm minn proposti varji u diskussjonijiet li saru ma ‘entitajiet governattivi differenti matul is-sena, iżda wkoll il-proposti tal-baġit imressqa wara konsultazzjoni mal-għaqdiet membri tagħna u ż-żgħażagħ in ġenerali.

Proposti bħal dawn jinkludu kampanji edukattivi dwar is-saħħa sesswali u l-allokazzjoni ta’ aktar riżorsi għas-saħħa mentali fl-Isptar Mater Dei għas-sena kollha u riċerka dwar l-użu tal-Kannabis.

Min-naħa l-oħra, hemm numru ta’ proposti pożittivi ħafna li setgħu ġew żviluppati aktar. Jirrikonoxxu l-importanza ta’ kampanja dwar eating disorders u jħarsu’ l quddiem biex jaraw aktar kampanji implimentati fuq l-aspetti l-oħra tas-saħħa mentali, suġġett li dejjem se jagħmlu enfasi kbira fuqu meta jiġu għaż-żgħażagħ, speċjalment biex n-nies isiru iktar konxji tas-servizzi disponibbli. Fil-fatt, dan ukoll japplika għal kampanja ta’ saħħa sesswali, fejn il-KNŻ jittama li jaraw aktar riżorsi f’dan il-qasam, speċjalment f’Għawdex li għad għandu bżonn GU Clinic permanenti.

Meta tħares lejn il-pensjonijiet, huwa diżappuntanti li l-bolol imħallas minn taħt id-19-il sena qed jiġi inkluż biss għal dawk li twieldu qabel l-1962 u mhux xi ħaġa implimentata b’mod ġenerali għal din il-ġenerazzjoni. Huwa tajjeb ukoll li l-pensjonijiet tar-romol qed jiġu estiżi għal dawk li huma flimkien taħt unjoni ċivili jew qed jikkoabitaw u nittamaw li dan ma jieqafx hemm iżda jiġi implimentat ukoll fejn jidħlu “tax brackets”.

Punt pożittiv ieħor huwa li l-gvern iddikjara li hu kommess biex iżid l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jiksbu ħiliet għax-xogħol, iżda jittamaw li dan jiġi implimentat permezz ta’ inċentivi għat-taħriġ u l-projbizzjoni ta’ apprendistati mhux imħallsa.

Fejn jidħol l-ambjent, hemm ħafna sforz fid-direzzjoni t-tajba, imma dan jarawh fid-dawl tal-iffirmar tal-qbil fuq il-Mizieb u Ahrax. Barra minn hekk, il-KNŻ ikomplu jitolbu li hekk kif l-infrastruttura tagħna titjieb, l-implimentazzjoni ta’ korsiji għar-roti aħjar u aktar siguri u fanali tat-triq b’panelli solari biex jipprovdu sors ta’ trasport u dawl li jirrispettaw l-ambjent rispettivament.

Bħala Kunsill partikolarment jinsabu kuntenti bil-proposti biex jinkoraġġixxu aktar żgħażagħ jaħdmu bħala bdiewa filwaqt li jiżguraw li jintużaw metodi agrikoli aktar sostenibbli u li l-elementi tal-Green Deal Ewropew huma implimentati bħall-enfasi biex jikkunsmaw aktar prodotti lokali, xi ħaġa li hija meħtieġa speċjalment matul iż-żminijiet tal-pandemija. 

Il-KNŻ iħarsu ‘l quddiem biex jaraw il-pjan għall-waqfien tal-importazzjoni ta’ plastik b’użu wieħed sa Jannar 2021, xi ħaġa li pproponew kemm permezz tal-proposti tagħħhom iżda ssemmiet ukoll numru ta’ drabi matul il-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Fejn jidħlu minoranzi, aħna ferħanin li ser naraw it-twaqqif ta’ ċentru tal-komunità għal persuni LGBTIQ kif ukoll ħidma Kontra r-Razziżmu.

Fir-rigward ta’ kummenti ġenerali dwar iż-żgħażagħ, naturalment jaraw l-importanza tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ li taw kontribut u offrejew il-konsultazzjoni tagħħhom u hanwhekk jħeġġu liż-żgħażagħ biex jieħdu sehem fil-proċess ta’ konsultazzjoni ta’ dan id-dokument. Madankollu, jittamaw li jaraw aktar miżuri fuq medda qasira ta’ żmien implimentati, aktar emfasi fuq edukazzjoni ċivili, kif ukoll bħalha kunsill jemmnu li għandu jkun hemm aktar enfasi fuq is-settur volontarju. Il-punti ewlenin dwar iż-żgħażagħ f’Għawdex jidher li mhux se jitwettqu hekk kif ma ssemmewx fid-diskors tal-baġit. Dawn huma l-inkorporazzjoni f’biljett wieħed tal-biljetti tal-vapur u tal-linja kif ukoll il-bini ta’ aktar ċentri taż-żgħażagħ f’Għawdex. Napprezzaw ukoll jekk il-pixxina f’Għawdex issir wara snin twal ta’ stennija.

Barra minn hekk, il-KNŻ iqajjem numru ta’ mistoqsijiet bħall-estensjoni tal-Covid Wage Supplement, dan se jkun estiż ukoll għaż-żgħażagħ li jirċievu stipendju?

Bħala Kunsil determinati biex ikomplu jaħdmu mal-Gvern biex verament ipoġġu ż-żgħażagħ fuq quddiem tal-aġenda nazzjonali u biex dawn il-proposti imsemmija jitwettqu bl-aħjar mod possibbli u ma jkunux sempliċiment proposti li nisimgħu darba fis-sena.