Lokali

Il-kelb tad-dwana isib €23,650 fi flus mhux iddikjarati

Waqt rutina li saret fid-dwana fis-sezzjoni fl-AMLT, il-kelb bl-isem ta’ Peter sab kważi €23,650 fi flus mhux iddikjarati.

Tul il-ħin li kien qiegħed isir l-iċċekjar fit-terminal lejn Istanbul żewġ passiġġieri ddikjaraw €10,000 fi flus kontanti, madanakollu permezz tal-intervent f’waqtu tal-kelb Peter instabu aktar flus kontanti fuq iż-żewġ passiġġieri.