Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Maros Sefcovic ħabbar li l-Unjoni Ewropea se tkun qed tibda proċeduri legali kontra l-Gvern Malti u dak Ċiprijott dwar l-iskemi tal-bejgħ tal-Passaporti fiż-żewġ pajjiżi.
Il-Kummissjoni ilha tesprimi tħassib dwar dawn l-iskemi li jistgħu iservu ta’ paraventu għal kriminali li permezz tagħhom jakkwistaw passaport għall pajjiżi Ewropej kollha.
L-iskema kienet iddaħħlet f’pajjiżna minn Gvern Laburista fl-2013 mingħajr ma qatt kienet issemmiet bħala parti mill-manifest elettorali tal-Lejber qabel l-elezzjoni u kienet spiss suġġett ta’ kontroversja f’pajjiżna, bl-Oppożizzjoni Nazzjonalista tikkritika bl-aħrax l-istruttura ta’ din l-iskema.
Wara r-riżenja ta’ Joseph Muscat, il-Prim Ministru Robert Abela kien saħaq li kien se jżomm l-iskema.
Intant ftit tal-jiem ilu, il-Gvern Ċiprijott ħabbar li kien se jwaqqaf din l-iskema wara li kienu żvelati abbużi kbar permezz tagħha.
//= $special ?>