Lokali Qorti

Ma jemminx li l-assassinju kellu x’jaqsam mal-Electrogas

It-Tnejn kompliet tinstema’ x-xhieda fl-inkjesta pubblika tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fix-xhieda tiegħu Paul Apap Bologna, id-direttur tal-Electrogas qal li ma jemminx li l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia kellu x’jaqsam mal-Electrogas.

Tul ix-xhieda huwa qal li jafx meta kienu ffirmaw il-ftehim tal-konsorzju ma’ Gasol… filwaqt li tenna li s-SOCAR u l-Gasol ġew flimkien, b’SOCAR tagħmel il-garanziji għat-tnejn li huma. Żied jgħid li hu ma kienx ra l-accounts ta’ Gasol meta sar il-ftehim magħha.

Hu qal li ma staqsiex għal konċessjonijiet u mhux konxju jekk l-Electrogas talbiex għal aktar konċessjonijiet, filwaqt li tenna li l-affarjier dejjem setgħu saru aħjar.

Apap Bologna qal li attenda għal-laqgħat tal-bord tal-Electrogas fl-2017 bħala osservatur u mhux bħala direttur. Qal li dan m’għamlux b’mod frekwenti kif messu għamel. Huwa kien ġie maħtur fil-bord tal-Awtorita tal-Ippjanar mill-Ministru Michael Farrugia u qal li meta kien fil-bord kien beda jitgħallem.

Id-Direttur tal-Electrogas ikkonferma li ma kienx jaf bis-sapport ta’ Konrad Mizzi għal dan il-proġett tat-tanker tal-gass.

L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia dehru bħala parte civile f’isem il-familja Caruana Galizia.