Nies li dalgħodu nġabru quddiem il-Bereġ biex jieħdu l-vaċċin tal-Influwenza spiċċaw ħadu tixriba għalxejn meta qalulhom li l-vaċċin mhux se jingħata minħabba li kien hemm konsenja li għadha trid tasal.
Dan in-nuqqas ta’ informazzjoni ma kinitx biss fil-konfront tal-pubbliku imma anki fejn jidħlu l-Kunsilli Lokali rispettivi li kienu infurmati biss fl-aħħar sigħat.
L-awtoritajiet qalu li l-vaċċin se jkun biss qed jingħata mill-polikliċini, u li dan is-servizz se jerġa’ jibda jingħata mill-Bereġ ladarba tasal il-konsenja ġdida.
F’reazzjoni għal dan il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsill Lokali Karl Gouder qal li azzjoni bħal din turi l-inkompetenza tal-Gvern, li wara li saret enfasi biex wieħed jieħu l-vaċċin tal-influwenza l-Gvern ma kienx imħejji biex jagħmel dan.
//= $special ?>