Lokali

Rapporti jindikaw li Ian Borg se jkun Chief of Staff ta’ Robert Abela

Fl-aħħar jiem NetNews żvela li l-MEP Miriam Dalli u ċ-Chief of Staff ta’ Kastilja Clyde Caruana se jimlew siġġijiet battala fil-Parlament. Dan wassal għal bżonn ta’ Chief of Staff ġdid għall-Prim Ministru Robert Abela.

Rapporti minn kmamar tal-aħbarijiet diversi qed jissuġġerixxu li l-persuna li għażel Robert Abela hu Ian Borg, persuna li huwa qrib ferm il-Partit Laburista. Hu se jkun ir-raba’ Chief of Staff f’Kastilja fl-aħħar 12-il xhar.

Ian Borg, li għandu 33 sena, se jkun wieħed mill-iżgħar li qatt okkupa din il-kariga li fl-aħħar xhur kienet suġetta għal ħafna kontroversja. Borg jidher li naddaf sew il-Facebook tiegħu fl-aħħar jiem bi preparament għal dan l-irwol. Hu kien jaħdem bħala Avukat fil-kumpanija legali ta’ Robert u Lydia Abela.