Is-Sindku ta’ Raħal Ġdid Dominic Grima permezz ta’ post fuq Facebook esprima r-rabja u d-diżappunt tar-residenti ta’ Raħal Ġdid li għal snin ilhom ikollhom jissaportu rwejjaħ insapportabbli tant li ma jistgħux jiftħu t-twieqi tagħhom.
Is-Sindku jiftaħ il-post twil tiegħu bil-kliem “Bid-dritt u mhux pjaċir li r-residenti ta’ Raħal Ġdid jieħdu nifs b’arja nadifa”.
Dominic Grima jgħid li mhemmx kliem oħra ħlief ‘tal-mistħija’ kif il-Pawlisti ilhom ix-xhur jistennew li l-problema tal-intejjen mill-inċineratur tal-Marsa tissolva. Jistaqsi “tafu kemm hu ta’ dwejjaq dan l-inkonvent ta’ kuljum? Tafu l-irwejjaħ kemm huma insapportabbli?’. Jispjega kif ir-residenti ma jistgħux jiftħu twieqi u kemm din hija problema aktar w’atkar bħalissa matul iż-żmien tal-Covid-19.
Għal dan wieġbu l-Ministru Aaron Farrugia fuq il-post stess. Iżda t-tweġiba li tah kienet li se jkun qed jinxtara impjant ieħor flok dak tal-Marsa u jittieħed il-Magħtab. Dan ikun lest bejn l-2023 u l-2024. Dan ifisser li r-residenti ta’ Raħal Ġdid aktarx iridu jissaportu l-intejjen għal madwar 4 snin oħra.
Grima fil-post jgħid li minkejja l-ħafna wegħdi tul ix-xhur l-intejjen mhux talli ma naqsux, talli żdiedu, u li din hija sitwazzjoni inaċċettabbli li qed toħloq inkonvenjent insapportabbli għall-Pawlisti.
//= $special ?>