Lokali

Tifla ta’ 6 snin tittajjar f’San Ġwann

Tifla ta’ 6 snin kienet involuta f’inċident tat-traffiku wara li ttajret fi Vjal Rihan f’San Ġwann. Sa issa l-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

Il-Pulizija qalu lil Net News li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-14.10 wara li karozza misjuqa minn raġel ta’ 30 sena laqtet lit-tifla.

Minnufih fuq il-post marret ambulanza li ħadet lit-tifla lejn l-isptar biex tirċievi l-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.