Coronavirus Lokali

Wara l-Gżira, il-Marsa u Ħal Qormi, issa l-fergħa tal-BOV ta’ Ħaż-Żabbar magħluqa wkoll

Il-Bank of Valletta qed javża li l-fergħa ta’ Ħaż Żabbar tinsab magħluqa temporanjament wara li wieħed mill-ħaddiema ta’ din il-fergħa instab pożittiv għall-Covid-19.

Il-fergħa ingħalqet dalgħodu u se tkun qed tiġi ddiżinfettata sabiex tkun tista’ terġa tinfetaħ mill-aktar fis possibbli.

Intant l-awtoritajiet tas-saħħa mistennija jkellmu lil dawk il-persuni li setgħu kellhom kuntatt mal-persuna infettata fl-aħħar jiem.

Il-bank javża li l-faċilità tan-Night Safe ta’ din il-fergħa għalissa ma tistax tintuża.

Il-bank fakkar li l-fergħat tal-Gżira, il-Marsa u Ħal Qormi wkoll jinsabu magħluqin, filwaqt li dik tal-Ħamrun qed toffri servizzi limitati.