Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Imħabbra s-46 fatalità

Mara ta’ 72 sena mietet wara li kienet pożittiva għal Covid-19.

Dan ifisser li l-vittma hija s-46 fatalità tal-pandemija f’pajjiżna. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li l-mara ġiet rikoverata l-Isptar Mater Dei fit-13 ta’ Ottubru u sussegwentament ittestjat pożittiva għal virus jumejn wara, fil-15 ta’ Ottubru.

Filwaqt li hija baqgħet tingħata l-kura fl-Isptar sfortunatament tilfet il-battalja mal-mewt.

Din hija l-ħdax il-mewta tul dan ix-xahar.

Għal darb’oħra l-Gvern ħass li kellu jgħid li l-vittma kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.