Budget 2021 Lokali

“Dan mhux il-budget tal-pandemija” – Robert Abela

Pajjiż sħiħ kien qed jistenna risposta ċara għad-daqqa tal-pandemija – iżda l-Prim Ministru, ħasibha mod ieħor.

Meta mistoqsi mill-ġurnalisti…. eżatt wara l-Budget…għaliex jirrifjuta li jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, Roberta Abela saħaq li mexa skont il-prijoritajiet.

Għal darb’oħra Robert Abela reġa’ evita li jwieġeb jekk jiddispjaċihx jew le ghal meta qal li l-mewġ jinsab fil-baħar, u li l-Covid warajna.

Dan kien budget ukoll li twassal fi sfond ta’ kriżi ghar-reputazzjoni ta’ Malta fejn meta mistoqsi mill-ġurnalisti dwar l-aħħar aħbar li l-Unjoni Ewropea ser tkun qed tieħu passi legali fil-konfront tal-Gvern rigward l-iskema ta’ bejgħ tal-passaporti, minflok ta soluzzjoni, il-Prim Ministru nfexx f’attakk partiġġjan fil-konfront tal-PN…u ddefenda l-bejgħ tal-passaporti.

Intant, mistoqsi jekk dan kienx l-aħħar budget ta’ Edward Scicluna bħala Ministru – Robert Abela ma ċaħadx.