Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li ttajret u tkaxkret minn karozza

Mara ta’ 47 sena residenti l-Gżira tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret u tkaxkret għal diversi metri minn karozza fi Triq Rue D’Argens, fil-Gżira għall-ħabta tas-13.15 ta’ wara nofsinhar.

Minnufih, fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku biex jassisti lill-vittma filwaqt li ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Fuq il-post marru wkoll Pulizija tad-Distrett biex jgħatu l-assistenza tagħhom.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.