“Hemm bżonn strateġija ġdida fid-dawl tal-pandemija li biddlet it-tagħlim kif konna nafuh qabel… għaliex il-Budget 2021 bl-ebda mod ma indirizza l-bżonnijiet tal-istudenti u r-riżorsi edukattivi meħtieġa.”
Hekk stqarr il-President tal-KSU, Matthew Xuereb f’laqgħa li kellu mal-Kelliem tal-PN ghaz-Żgħażagħ, Robert Cutajar u membri tal-MŻPN u Team Start.
Matthew Xuereb qal li hemm bżonn pjan għall-edukazzjoni online billi jkun hemm investiment għal taghmir li mhux biss se jkun qed jgħin lill-istudenti waqt il-COVID iżda wkoll sistema li kapaċi tibqa’ tintuża fil-futur. Hu qal li madwar 60% tal-istudennti Universitarji mhumiex sodisfatti ta’ kif l-edukazzjoni online qed tiġi applikata, minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi.
Minn naħa tiegħu, il-Whip tal-PN Robert Cutajar qal li kien hemm ħafna punti li sfortunatament ma ġewx ikkunsidrati mill-Gvern, il-kwistjonijiet marbuta mal- online learning, is-saħħa mentali u l-bżonn li jkunu kkunsidrati karreġjati ghar-roti lejn l-Università ta’ Malta biex jonqos ir-riskju għaċ-ċiklisti.
Il-President tal-MŻPN, Joseph Grech flimkien ma’ Gabriel Micallef irrikonoxxew il-problema tan-nuqqas ta’ attenzjoni għall-edukazzjoni online filwaqt li semmew l-importanza li jibda jsir ħlas tas-sigħat li jsiru matul it-taħriġ fid-dinja tax-xogħol.
Il-President ta’ Team Start, Thomas Demartino minn naha tieghu qal li l-limitu ta’ 20 siegħa xogħol fil-ġimgħa qed tkun ta’ problema għal numru ta’ studenti li mhux ilaħqu b’mod finanzjarju. B’hekk huma talbu biex il-Gvern jgħati s-sapport total lill-istudenti f’kull qasam.
//= $special ?>